Friday, November 27, 2026
Home Sport Boxing: Tyson Fury jingħata l-approvazzjoni biex jiġġieled kontra Anthony Joshua wara testijiet...

Boxing: Tyson Fury jingħata l-approvazzjoni biex jiġġieled kontra Anthony Joshua wara testijiet mediċi

0
27

Tyson Fury ngħata l-permess biex jiġġieled kontra Anthony Joshua x-xahar id-dieħel wara li għadda mill-eżamijiet mediċi meħtieġa, u b’hekk ġie fi tmiemu t-tħassib li l-konfront tant mistenni seta’ jiġi kkanċellat.

Il-British Boxing Board of Control ikkonferma li Fury għadda mill-eżamijiet u ngħata l-approvazzjoni biex jiġġieled, fil-11 ta’ Diċembru. Dan wara kummenti li għamlet martu Paris f’dokumentarju ta’ Netflix, li inizjalment taw x’jifhem li l-boxer kien ġie djanjostikat bl-iskiżofrenija.

Paris aktar tard ċċarat li Fury qatt ma ngħata din id-dijanjosi u li kienet użat it-terminu b’mod żbaljat. Id-dokumentarju ġie aġġornat biex jirrifletti din il-kjarifika.

Il-konfront bejn iż-żewġ boxers Ingliżi huwa mistenni jsir fil-Principality Stadium f’Cardiff, u se jkun wieħed mill-aktar ġliediet mistennija fil-boxing.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here