Ftehim ġdid bejn KM Malta Airlines u Air India – vjaġġi bejn Malta u l-Indja b’biljett wieħed

Aqra wkoll

KM Malta Airlines ħabbret ftehim ġdid ta’ kollaborazzjoni ma’ Air India, li mill-1 ta’ Diċembru 2026 se jippermetti lill-passiġġieri jibbukkjaw il-vjaġġ kollu tagħhom bejn Malta u l-Indja permezz ta’ biljett wieħed.

Il-ftehim se joffri konnessjonijiet b’waqfa waħda permezz ta’ sitt ajruporti Ewropej: Amsterdam, Pariġi, Ruma, London Gatwick, London Heathrow u Zurich.

Il-passiġġieri se jkunu jistgħu wkoll jirreġistraw il-bagalji tagħhom sad-destinazzjoni finali, mingħajr il-ħtieġa li jerġgħu jagħmlu ċ-check-in waqt il-konnessjoni.

Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ KM Malta Airlines, David Curmi, qal li l-Indja hija suq importanti għal Malta, b’opportunitajiet biex ikomplu jiżdiedu l-vjaġġi kemm għat-turiżmu kif ukoll għan-negozju.

Il-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-ivvjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi u jsaħħaħ il-konnettività internazzjonali ta’ Malta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport