Ministeru b’budget ta’ aktar minn biljun ewro

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Dalli qalet ukoll li dan il-Ministeru għandu budget kapitali ta’ aktar minn €370 miljun, filwaqt li l-budget rikorrenti huwa ta’ aktar minn €680 miljun. B’hekk, it-total tal-allokazzjoni għall-Ministeru jaqbeż il-biljun ewro.

Hija rrimarkat ukoll li l-budget ta’ dan il-Ministeru, fejn jidħol investiment kapitali biss, huwa daqs il-budget kapitali, anzi aktar, li kien ippreżenta Gvern Nazzjonalista fl-2012 għall-Ministeri kollha. 

Min-naħa l-oħra, Dr Dalli semmiet kif il-Ministeru għall-Enerġija u l-Ambjent għandu wkoll l-akbar vot kapitali fil-Gvern. “Meta nieħdu l-allokazjoni globali ta’ dan il-Ministeru kumparat mas-sena 2026 din żdiedet b’37.4 fil-mija. Dan huwa vot ta’ fiduċja li naħdmu għalih kuljum,” qalet il-Ministru.

Hija tenniet li din l-allokazzjoni tirrifletti l-importanza li l-Gvern qed jagħti lill-enerġija, lill-ilma, lis-sostenibbiltà ambjentali, lill-ħolqien ta’ spazji miftuħa, lid-drittijiet tal-annimali u lir-riġenerazzjoni ta’ diversi żoni.

Hija temmet tgħid li l-investiment li qed isir illum għandu jservi bħala pedament għal Malta tal-futur, b’sistemi aħjar għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. “Dan il-Ministeru għandu missjoni waħda: li nagħmlu l-ħajja tan-nies isbaħ, aħjar u b’inqas piżijiet.”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport