Saturday, November 28, 2026
Home Sport Partita fit-Tieni Diviżjoni Pollakka interrotta minħabba li raġel daħal fil-ground bi scooter

Partita fit-Tieni Diviżjoni Pollakka interrotta minħabba li raġel daħal fil-ground bi scooter

0
26

Partita fit-Tieni Diviżjoni tal-Polonja bejn Stal Stalowa Wola u Legia Warsaw II ġiet interrotta għal ftit sekondi meta raġel daħal fil-ground fuq scooter elettriku waqt il-ħin miżjud.

L-inċident seħħ waqt partita li Stal Stalowa Wola rebħu 3-2 wara li kienu żewġ goals minn taħt. Is-sigurtà ppruvat immedjatament twaqqaf lir-raġel, filwaqt li r-referee ssospenda l-logħob temporanjament.

Stal Stalowa Wola kienu minn taħt bl-iskor ta’ 2-0, iżda Maciej Sliwa u Jakub Jelen għamlu l-iskor indaqs, qabel Maksymilian Hebel skorja penalty fil-85 minuta biex temm ir-rimonta u ta r-rebħa lit-team tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here