Saturday, November 28, 2026
Home Sport Bezzecchi jirbaħ l-iSprint Race tal-MotoGP ta’ Valencia

Bezzecchi jirbaħ l-iSprint Race tal-MotoGP ta’ Valencia

0
81

Marco Bezzecchi rebaħ l-iSprint Race tal-MotoGP f’Valencia wara prestazzjoni dominanti għal Aprilia, f’tellieqa li kienet immarkata minn drama qabel il-bidu.

Bezzecchi, li kiseb il-pole position aktar kmieni fil-ġurnata, ikkontrolla t-tellieqa u temmha quddiem sieħbu Jorge Martin, li ħa t-tieni post, filwaqt li Enea Bastianini fuq KTM Tech3 temm fit-tielet post.

L-iSprint ġiet imnaqqsa għal 12-il dawra wara li l-ewwel start ġie abortit minħabba problema fid-dwal artifiċjali. Matul id-dewmien, id-Ducati ta’ Marc Marquez ħadet in-nar fuq il-grid, u l-Ispanjol kellu jibdel il-mutur.

Marquez ingħata wkoll penalitá ta’ żewġ dawriet u spiċċa fit-13-il post. Bezzecchi, iżda, baqa’ jikkontrolla t-tellieqa minn quddiem, filwaqt li Martin assigura doppjetta għal Aprilia.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here