Il-Malta Premier introduċiet tablets għall-ewwel darba bħala parti mis-sistema tal-Football Video Support (FVS), li se tippermetti lill-coaches ikollhom aċċess għal filmati tal-logħba waqt il-partiti.
Minn illum, kull tim se jingħata tablet qabel kull partita, li jkun jista’ jużaha tul id-90 minuta tal-logħba. Is-sistema l-ġdida se tippermetti lill-coaches jaraw filmati tal-partita b’mod dirett, mingħajr dewmien, u b’hekk ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar informati meta jitolbu verifika permezz tal-Football Video Support.
S’issa, il-biċċa l-kbira tal-clubss kienu jiddependu fuq ix-xandir televiżiv tal-PBS, li kien ikollu dewmien ta’ madwar 50 sekonda. L-eċċezzjonijiet kienu Hamrun Spartans, Birżebbuġa St Peter’s u Hibernians, li diġà kellhom it-teknoloġija tagħhom.
L-introduzzjoni ta’ din is-sistema hija pass ieħor biex il-Malta Premier tkompli ttejjeb l-għodod teknoloġiċi disponibbli għall-clubs u tgħin biex id-deċiżjonijiet dwar il-verifiki ikunu aktar preċiżi u informati.




