Thursday, December 26, 2024

150 persuna arrestati fi Franza wara lejl ieħor ta’ protesti

… b’rabta mal-qtil ta’ żagħżugħ mill-pulizija

Aqra wkoll

Madwar 150 persuna ġew arrestati fi Franza fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis wara li dimostranti kienu involuti fi ġlied mal-forzi tas-sigurtà b’rabta mal-qtil ta’ żagħżugħ mill-pulizija. 

Nahel M ta’ 17-il sena nqatel b’ tiri ta’ arma tan-nar it-Tlieta filgħodu wara li ġie rrapportat li naqas milli jieqaf meta ordnat biex jagħmel dan mill-pulizija tat-traffiku. 

Il-Ministru tal-Intern ta’ Franza Gérald Darmanin qal fuq Twitter li b’kollox saru 150 arrest waqt dawn il-protesti fejn diversi binjiet, skejjel u għases tal-pulizija kienu fil-mira f’lejl ta’ “vjolenza insapportabbli” madwar il-pajjiż.

Omm Nahel M sejħet ukoll għal protesta matul il-jum tal-Ħamis b’tislima lill-uniku wild tagħha. Sadanittant, il-ġlied issokta fi bliet oħra fosthom f’Toulouse, Dijon u Lyon.

Madwar 2,000 pulizija tal-irvellijiet intbagħtu Pariġi u s-subborgi tal-madwar.

Ekonomija

Sport