Wednesday, March 4, 2026

1,500 Malti jgħixu u jaħdmu fl-Emirati Għarab Magħquda

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħalissa hemm madwar 1,500 Malti jgħixu u jaħdmu fl-Emirati Għarab Magħquda, uħud minnhom għandhom il-familji magħhom. Dan filwaqt li hemm għexieren ta’ turisti Maltin ukoll. 

Fis-sitwazzjoni preżenti, fid-dawl tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani u l-Golf Għarbi, l-Ambaxxata Maltija f’dan il-pajjiż, taħt struzzjonijiet mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ta’ Malta, tinsab f’kuntatt mal-Maltin li weħlu fil-pajjiż u dawk ukoll li jixtiequ jibagħtu l-familji tagħhom lejn Malta minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Dan intqal mill-Ambaxxatur Maltija għall-Emirati Għarab Magħquda Maria Camilleri Calleja f’kummenti ma’ L-Orizzont. Dwar l-attakki mill-Iran tas-Sibt li għadda, hija qalet li dawn l-attakki seħħew fuq il-belt ta’ Abu Dhabi u l-belt ta’ Dubaj.

“L-Ambaxxata Maltija f’Abu Dhabi u l-Konsulat-Ġenerali ta’ Malta f’Dubaj mhumiex milquta. Però fejn waqgħu dawn il-missili, kemm f’Abu Dhabi kif ukoll f’Dubaj, ħallew ħsarat sostanzjali.

“Il-midja uffiċjali rrapportat li ċittadin ta’ pajjiż Ażjatiku miet kawża ta’ debris li waqa’ fuqu f’Abu Dhabi fil-jum tas-Sibt 28 ta’ Frar, u tliet ċittadini oħra ta’ pajjiżi Ażjatiċi, ħaddiema f’Abu Dhabi, mietu f’wieħed mill-attakki tal-Ħadd 1 ta’ Marzu,” qalet l-Ambaxxatur Maria Camilleri Calleja.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport