Mill-inqas 16-il belt fl-Italja ngħataw twissija Ħamra minħabba s-sħana u għalhekk inħarġu diversi avvizi mid-Dipartiment tas-Saħħa biex fost l-oħrajn kemm jista’ jkun ħadd ma joħroġ mid-dar.
Fost il-bliet li ngħataw din it-twissija hemm Ruma, Firenze u Bologna. Is-sħana tremenda li qed tagħmel hija xi ħaġa mhux normali hekk kif it-temperaturi matul il-lejl baqgħu għoljin ukoll.
Il-Gvern Taljan, permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ twissija biex kulħadd jevita li jkun barra bejn il-11.0am u s-6.00pm b’mod partikolari l-anzjani u nies vunerabbli.
Voluntieri tas-Salib l-Aħmar dehru jqassmu l-ilma f’żoni turistiċi fl-Italja u jwissu lin-nies biex hekk jista’ jkun imorru lura lejn djarhom.
Intant fil-Greċja s-sitwazzjoni lanqas hi ħafna aħjar mill-Italja hekk kif l-awtoritajiet ħadu deċiżjoni li jgħalqu l-Acropolis fil-kapitali Ateni minħabba s-sħana tremenda. Dan biex b’hekk ħadd ma jitla’ ħdejn Acropolis u jkun espost direttament għax-xemx.
Fi Spanja, kien hemm ħafna nirien tant li diversi familji kellhom jiġu evekwati minn diversi rħula.