Monday, May 13, 2024

“Sempre Vivo” mill-ġdid fil-Pjazza tax-Xagħra

Aqra wkoll

L-attività “Sempre Vivo” li titella’ “mill-Karus l-Aħmar” li fiha jinġabru flus b’risq Puttinu Cares se tkun qiegħed terġa’ ssir din is-sena fil-11 ta’ Awwissu.

Is-sena li għaddiet kien sar kunċert biex titfakkar il-memorja ta’ persuna li kien miet bil-kanċer. Waqt din l-attività kienet inġabret is-somma ta’ €36,000.

Puttinu Cares flimkien mal-organizzaturi “l-Karus l-Aħmar” din is-sena se jkunu qegħdin jagħtu lil pubbliku t-tieni edizzjoni tal-kunċert “Sempre Vivo” biex b’hekk jerġgħu jinġabru fondi għal min għaddej bi problemi f’saħħtu.

Din is-sena waqt il-kunċert se jindaqqu ġeneri differenti ta’ mużika fosthom rock, pop, gregorjan u anke mużika ta’ tifħir lil alla. Se jkun hemm orkesta live fejn magħha se jingħaqdu diversi kantanti stabbiliti u oħrajn li għadhom qegħdin jibdew il-karriera tagħhom. Għal din is-sena wkoll se jkun hemm għall-ewwel darba kor tat-tfal.

“Sempre Vivo” hija attività bla ħlas, iżda se jinġabru fondi għal Puttinu Cares. L-attività se tkun sponsorjata mid-Direttorat tal-Cultural Heritage, Ministeru għal Għawdex kif ukoll minn VisitMalta.

Sport