Monday, November 23, 2026
Home Sport Thane Micallef jirbaħ l-unur tal-LifeStar Insurance Coach għax-Xahar ta’ Ottubru

Thane Micallef jirbaħ l-unur tal-LifeStar Insurance Coach għax-Xahar ta’ Ottubru

0
22

Il-coach ta’ Valletta FC, Thane Micallef, rebaħ l-unur tal-LifeStar Insurance Coach tax-xahar għal Ottubru.

Taħt it-tmexxija ta’ Thane, Valletta kellhom xahar impressjonanti, fejn kisbu erba’ rebħiet f’ħames logħbiet, inklużi rebħiet importanti kontra r-rivali diretti Birkirkara, Sliema Wanderers u Floriana (din tal-aħħar saret fl-1 ta’ Novembru, iżda ġiet ikkunsidrata għall-għażla ta’ Ottubru).

Il-premju ġie ppreżentat minn JP Fabri, il-Kap Eżekuttiv interim ta’ LifeStar Insurance, nhar is-Sibt, ftit qabel il-konfront ta’ Valletta kontra l-ġirien tagħhom, Floriana.

Prosit lill-coach Thane Micallef għal dan ir-rikonoxximent mistħoqq, u l-isbaħ xewqat għax-xhur li ġejjin!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here