Monday, November 23, 2026
Home Sport Maria Farrugia tiskorja hat-trick għal Bristol City Women

Maria Farrugia tiskorja hat-trick għal Bristol City Women

0
27

L-internazzjonali Maltija Maria Farrugia kienet f’forma eċċellenti quddiem il-lasta għal Bristol City Women, hekk kif skorjat hat-trick fir-rebħa ta’ 4–2 kontra Watford fis-Subway Women’s League Cup.

L-attakkanta Maltija sabet ix-xibka fis-36, fil-65 u fit-73 minuta, u kellha rwol deċiżiv biex it-tim tagħha kiseb ir-rebħa.

Farrugia reġgħet ħalliet il-marka tagħha barra minn Malta, bil-plejer ta’ 25 sena tiċċelebra kisba oħra mat-tim Ingliż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here