Seba’ persuni l-Isptar u persuna waħda fl-ITU
Fl-aġġornament tal-lum dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 16-il każ ġdid filwaqt li 35 oħra kienu ddikjarati mfejqa.
Preżentament, fl-isptar Mater Dei hemm rikoverati seba’ persuni, b’persuna waħda fid-Dipartiment tal-Kura Intensiva.
Bħalissa it-total ta’ każi attivi huwa ta’ 263. Mil-lat ta’ vaċċinazzjoni 838,419 persuna huma mlaqqma, b’aktar minn 22,000 persuna jieħdu t-tielet doża.