Sunday, December 22, 2024

16-il sena mid-diżgrazzja f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Bħal-lum 16-il sena, proprju fl-ewwel ta’ Ottubru 2005 seħħet waħda mill-akbar diżgrazzji tat-traffiku f’pajjiżna. 

F’dan l-inċident tat-traffiku kienu mietu ħamsa minn fost tmien persuni li kienu f’vann li kien involut f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Iż-żgħażagħ li tilfu ħajjithom kienu Christian Camilleri ta’ 17-il sena, David Sacco ta’ 13-il sena, Osvaldo Vella ta’ 17-il sena, Fabio Mago ta’ 16-il sena, u Marco Abdilla ta’ 17-il sena.

Illum il-ġurnata fil-lokalità fejn kienu joqogħdu ż-żgħażagħ hemm momument li jfakkar it-telfa tagħhom. Fil-parti t’isfel tal-monument hemm imnaqqax isem kull wieħed mill-ħames żgħażagħ.

Ekonomija

Sport