Sunday, November 10, 2024

17-il immigrant jitilfu ħajjithom waqt inċident bid-dgħajsa fil-Bahamas

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 17-il per­­suna mill-Haiti til­fu ħajjithom f’inċident bid-dgħajsa ftit ’il barra mill-kosta tal-Bahamas. 

Il-Prim Ministru tal-Bahamas Philip Davis qal li dawn kienu immigranti li kienu qed jivvjaġġaw minn Haiti lejn Miami, Florida ġewwa l-Istati Uniti. Skont rapporti tal-pulizija, id-dgħajsa nqalbet madwar 11-il kilometru ’l barra mill-gżira ta’ New Providence. Fortunatament kien hemm 25 persuna li rnexxielhom jeħilsuha ħafif u ġew salvati mill-gwardji tal-kosta.

B’rabta ma’ dan il-każ, żewġ ċittadini tal-Bahamas ġew arrestati mill-pulizija fuq suspetti ta’ traffikar uman. In-numru ta’ persuni li qed jipprovaw iwettqu dan il-vjaġġ perikoluż żdied sostanzjalment f’dawn l-aħħar snin u dan hekk kif il-vjolenza minn gangs ġewwa l-Haiti żdiedet sostanzjalment. 

Sport