Tuesday, April 30, 2024

In-nirien f’Kalifornja jkomplu jinfirxu … il-ħaddiema tat-tifi tan-nar s’issa m’għandhomx kontroll

Aqra wkoll

In-nirien devastanti ta’ Kalifornja komplew jinfirxu b’mod allarmanti, filwaqt li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar qalu li qed isibuha diffiċli ħafna biex jaħdmu fis-sħana estremi kkawżata min-nirien. 

Dak li qiegħed ikun imlaqqam bħala “Oak Fire” s’issa qered xejn inqas minn 15,000 ettru ta’ art, u skont id-dipartiment tat-tifi tan-nar ta’ Kalifornja s’issa huma m’għandhom l-ebda kontroll tas-sitwazzjoni. Id-dipartiment żied jgħid li fortunatament l-attività tan-nar naqset xi ftit f’dawn l-aħħar sigħat u dan wassal biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu progress.

S’issa kien hemm iktar minn 6,000 persuna li ġew evakwati minħabba t-theddida tan-nirien filwaqt li 10 strutturi ġew meqruda. Apparti hekk, 3,271 binja – fosthom djar u negozji – jinsabu taħt theddida. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-uffiċjali tal-pajjiż wissew li fatturi bħal nixfa u tibdil fil-klima qed ikunu ta’ sfida kbira u joħolqu iktar ċans li jiżviluppaw nirien ta’ dan it-tip.

L-Istati Uniti tal-Amerika, l-Ewropa u partijiet oħrajn tad-dinja qegħdin jintlaqtu minn sħana qawwija u dan huwa dovut għat-tibdil fil-klima kawża tal-attività umana. Mill-era Industrijali ’l hawn it-temperatura globali diġà żdiedet b’madwar 1.1oC u din mistennija li tibqa’ tiżdied jekk ma jinqatgħux l-emissjonijiet. 

Sport