Tuesday, May 14, 2024

“Għalkemm nieqes mid-dawl irnexxielu jpaxxi lil kulħadd b’melodija mill-isbaħ”

Puttinu Cares dwar il-prestazzjoni ta' Quiven mal-Banda San Ġużepp.

Aqra wkoll

Puttinu Cares qasmu messaġġ pożittiv dwar is-suċċess li għamel Quiven Ellul — tifel ta’ tmien snin li huwa nieqes mid-dawl — ftit tal-ġimgħat ilu mal-Banda San Ġużepp fejn ingħata l-opportunità li jdoqq il-pjanu għall-ewwel darba mal-banda.

“Għalkemm nieqes mid-dawl irnexxielu jpaxxi lil kulħadd b’melodija mill-isbaħ. Kollox mill-memorja tiegħu. Ispirazzjoni mill-ikbar u Quiven jgħallimna sabiex tkun għaddej mil-liema sitwazzjoni tkun, m’għandekx taqta’ qalbek u ma tgergirx, però taħdem u tistinka biex tkun aħjar,” irrimarkaw Puttinu Cares.

Ix-xahar li għadda dan is-sit tkellem mas-Surmast tal-Banda, Mro. Reno Busuttil, fejn ingħatat spjegazzjoni tal-preparamenti li involviet din l-attività kif ukoll kummenti pożittivi dwar il-parteċipazzjoni ta’ Quiven.

Sport