Minn tal-inqas 17-il pazjent tilfu ħajjithom waqt għargħar li laqat sptar ġewwa l-istat ta’ Hidalgo fil-Messiku.
L-uffiċjali qalu li n-nirien żvolġew hekk kif xmara faret kawża ta’ xita qalila u dan ikkawża għargħar kbir. Apparti hekk, l-ilmiet wasslu għal ħsarat kbar fis-sistema tal-elettriku ta’ dan l-istess sptar. Rapporti fil-midja qalu li wħud mill-vittmi kienu pazjenti jsofru mill-Covid-19 u kienu qegħdin jingħataw it-terapija tal-ossiġnu. L-ilmijiet tant kienu kbar li l-pazjenti kellhom jiġu evakwati b’dgħajjes. Iktar minn 30,000 persuna fi bliet varji fl-istat ta’ Hidalgo ġew affettwati minn dan l-għargħar.