Saturday, May 4, 2024

41 persuna jitilfu ħajjithom waqt nirien ġewwa ħabs fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 41 persuna tilfu ħajjithom fl-Indoneżja wara li nirien kbar żvolġew f’ħabs ġewwa l-kapitali Jakarta, liema ħabs kien qiegħed jilqa’ fih iktar nies milli suppost.

In-nirien żvolġew fis-sigħ­at bikrin tal-bieraħ filgħodu ġewwa l-ħabs ta’ Tangerang xħin il-maġġoranza tal-priġunieri kienu reqdin. In-nirien affettwaw iż-żona ta’ Block C li fiha hemm miżmumin 122 priġunier. Suppost f’din is-sezzjoni jinżammu biss 40 priġunier. Fost il-vittmi kien hemm anke persuni barranin fosthom mill-Portugall u l-Afrika t’Isfel. 

Qiegħed jiġi suspettat li short circuit kien il-kawża ta’ dawn in-nirien, iżda s’issa dan għadu mhux magħruf b’ċertezza hekk kif l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. B’kollox ġewwa dan il-ħabs hemm 2,000 priġunier meta dan suppost jilqa’ fih 600. Jgħassu lill-priġunieri fil-ħin tan-nirien kien hemm biss 15-il gwardjan

Sport