Saturday, October 26, 2024

17-il persuna rapportati neqsin wara li jegħreq vapur tas-sajd Russu

Aqra wkoll

Vapur tas-sajd Russu għereq fit-Tramuntana tal-Baħar Barents, bi 17-il membru tal-ekwipaġġ rapportati neqsin. Żewġ membri oħrajn tal-ekwipaġġ ġew salvati.

Skont stqarrija li kienet ippubblikata mill-Kumitat Investigattiv tar-Russja, il-vapur għereq wara li nqaleb. Operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ għadha għaddejja bit-tama li jinstabu l-membri l-oħrajn tal-ekwipaġġ.

Bosta vauri u ajruplani ntbagtu fiż-żona biex jieħdu sehem fl-operazzjoni.

Sport