Wednesday, July 24, 2024

AĠĠORNAT: Mara ssofri ġrieħi gravi f’ħabta kerha f’Ħad-Dingli

Aqra wkoll

Erba’ persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat f’Ħad-Dingli. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 p.m.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Volkswagen Polo li kienet misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti r-Rabat, u Ford Transit li kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Gżira.

Fil-Volkswagen Polo kien hemm ukoll mara ta’ 25 sena residenti Ħad-Dingli u tifla ta’ sena.

Fuq il-post intalbu jassistu tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard il-mara ta’ 48 sena ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi filwaqt li t-tliet persuni l-oħrajn sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport