Għeluq is-70 sena ta’ Maryrose Bugeja kienu jfissru madwar 50 sena ta’ servizz bħala infermiera.
F’kitba fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook Puttinu Cares irringrazzjaw lil Maryrose f’isem il-pazjenti u l-familjari tagħhom li japprezzaw dak kollu li b’qalb ħelwa għamlet magħhom.
Bugeja hija meqjusa bħala mara ta’ ispirazzjoni u kuraġġ għal diversi pazjenti li b’determinazzjoni għenet matul dawn l-aħħar snin. Fost il-ħafna pazjenti li tat l-għajnuna tagħha, fl-aħħar 17-il sena, Bugeja għenet lil Puttinu Cares.