Friday, December 13, 2024

18-il familja b’akkomodazzjoni soċjali ġdida f’Ħal Kirkop

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin, 18-il familja se jkunu qegħdin jidħlu f’akkomodazzjoni soċjali ġdida fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop u b’hekk aktar familji Maltin u Għawdxin se jkollhom saqaf diċenti u dinjituż fuq rashom.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett li sar b’investiment ta’ €1.5 miljun.

Il-Ministru stqarr li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għaddejja b’aktar ħidma fuq diversi proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali madwar Malta u Għawdex. Semma wkoll kif l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali llum ilaħħaq it-€43 miljun, li jfisser żieda f’dan il-qasam meta kkumparat ma’ 10 snin ilu. Il-Ministru Galdes temm jgħid li l-Gvern kommess li jkompli jaħdem qatigħ biex kwalunkwe individwu jkollu saqaf taħt rasu.

It-18-il familja, li se jkunu qegħdin jidħlu fl-akkomodazzjoni soċjali ġdida, għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta’ allokazzjoni li ġiet imnedija fl-2021.

Ekonomija

Sport