Thursday, April 25, 2024

Raġel armat b’sikkina u mgħammad iwettaq serqa minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal f’ħanut tal-logħob u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 21 sena.

L-allegat ħalliel ħarebu minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Din is-serqa saret għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Qroll f’San Pawl il-Baħar.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca LL.D. u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport