Saturday, September 14, 2024

Titħabbar il-mewt tal-mara ta’ Alex Ferguson, Cathy

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa tħabbret il-mewt ta’ Lady Cathy Ferguson, mart l-eks manager ta’ Manchester United, Sir Alex Ferguson.

Il-koppja żżewġet fl-1966, qattgħet 57 sena bħala raġel u mara, u kellhom tlett subien, inkluż il-mnager ta’ Peterborough, Darren Ferguson.

“Ninsabu mnikktin ħafna li nikkonfermaw il-mewt ta’ Lady Cathy Ferguson,” qalet stqarrija mill-familja Ferguson. “Il-familja titlob għall-privatezza f’dan il-ħin.”

Manchester United qalu fi stqarrija: “Kulħadd f’Manchester United jibgħat il-kondoljanzi mill-qalb tagħna lil Sir Alex Ferguson u lill-familja tiegħu għall-mewt ta’ Lady Cathy, mara għażiża, omm, oħt, nanna u bużnanna, u torri ta’ saħħa għal Sir Alex matul il-karriera tiegħu.”

Cathy u Sir Alex iltaqgħu fl-1964 waqt li t-tnejn kienu jaħdmu f’fabbrika tat-typewriters.

Ekonomija

Sport