Monday, May 13, 2024

“Is-suċċess tat-tnedija tal-green bonds mill-WSC juru l-ħeġġa tal-investituri għal inizjattivi ħodor”

Il-Ministru Miriam Dalli

Aqra wkoll

“It-tnedija b’suċċess tal-green bonds mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u wara li ġiet imniżżla fuq il-lista uffiċjali tal-Borża ta’ Malta juru l-interess qawwi tal-investituri f’inizjattivi ħodor”, qalet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli. Waqt li kienet qed tindirizza business breakfast organizzat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-Ministru Dalli qalet li l-ħruġ ta’ €25 miljun f’bonds ittieħdu fi żmien ftit sigħat mill-ħruġ tagħhom, wera l-potenzjal ta’ dan il-mudell biex jgħin jiffinanzja aktar inizjattivi ekoloġiċi. “Hemm opportunità reali biex nibnu fuq is-suċċess ta’ Green Bonds biex ngħinu lil firxa usa’ ta’ proġetti ambjentali li jistgħu jmexxu t-trasformazzjoni diġitali u ambjentali ta’ pajjiżna. Nemmen bis-sħiħ fl-importanza tal-kollaborazzjoni, u nara dan bħala biss il-bidu ta’ aktar kollaborazzjoni biex aktar riżorsi jimxu lejn investimenti sostenibbli”, qalet il-Ministru Dalli.

Il-bonds, maħruġa minn ClearFlowPlus p.l.c jammontaw għal €25 miljun, għandhom rata ta’ imgħax ta’ 4.25% u li hija mistennija li timmatura fl-2033. Id-dħul mill-green bonds tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se jintuża għall-finanzjament ta’ firxa ta’ inizjattivi eko-konxji, inkluż l-impjant tar-reverse osmosis f’Ħondoq ir-Rummien, l-impjant ta’ solar farms, titjib fit-trattament tad-drenaġġ, tnaqqis tal-ħela tal-ilma, titjib fl-effiċjenza tal-kontijiet u titjib fl-infrastruttura tan-netwerk tal-ilma. Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia esprima l-gratitudni tiegħu lill-investituri u lill-imsieħba. “Il-ħruġ tal-ewwel green bonds huwa eżempju ċar tad-dedikazzjoni tagħna biex nkomplu nsaħħu l-prattiċi sostenibbli f’Malta. Din hija xhieda tal-fiduċja tal-investituri fil-viżjoni tagħna għal futur aktar ekoloġiku”, qal Cilia. L-uffiċjal finanzjarju tal-Korporazzjoni, Matthew Costa, enfasizza l-kumplessità tal-finanzi tal-bonds. “Huwa ta’ min jinnota li 88% tal-green bonds kien assigurati minn investituri żgħar, li juru l-appoġġ wiesa’ u fiduċja fl-inizjattivi sostenibbli tagħna”, qal Costa.

Intant waqt il-business breakfast il-Prim Ministru Robert Abela indirizza lil dawk preżenti permezz ta’ messaġġ rekordjat minħabba impenji barra l-pajjiż. Il-Prim Ministru enfasizza l-importanza strateġika ta’ inizjattivi finanzjarji sostenibbli bħal dawn. Saħaq li t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn it-tkabbir sostenibbli hija parti minn investimenti ta’ kwalità għolja li jrawmu opportunitajiet ekonomiċi u jwittu t-triq għal karrieri sinifikanti, li jtejbu l-kwalità tal-ħajja ġenerali għall-komunità Maltija.

L-avveniment kien appoġġjat ukoll minn Grant Thornton. George Vella, l-Imsieħeb Kap ta’ Konsulenza, ipprovda għarfien dwar l-irwol konsultattiv u l-prospetti futuri ta’ green bonds f’Malta, filwaqt li enfasizza l-potenzjal għat-tkabbir u l-innovazzjoni f’dan il-qasam.

Sport