Friday, July 31, 2026
Home Sport Ter Stegen mistenni jibdel fehmtu

Ter Stegen mistenni jibdel fehmtu

0
52

Il-goalkeeper internazzjonali Ġermaniż Marc-André ter Stegen kien irraportat li laħaq ftehim verbali ma’ Galatasaray, fost rabja għall-mod kif il-klabb ħa ħsieb is-sitwazzjoni relatata mat-trasferiment tiegħu.

Madankollu, skont rapport ġdid minn sit elettroniku Spanjol, il-goalkeeper ta’ 33 sena jidher li reġa’ bidel fehmtu u issa jinsab determinat li jibqa’ ma’ Barcelona. Ter Stegen, li ilu figura ewlenija f’Camp Nou għal diversi staġuni, insista li l-futur tiegħu għadu fil-Katalunja.