Friday, May 3, 2024

19-il fatalita fuq il-post tax-xogħol fi tliet snin

Aqra wkoll

Fit-tliet snin bejn l-2019 u l-2021 sfortunatament seħħew 19-il mewt fuq il-lantijiet tax-xogħol. L-iktar kawżi fatali komuni, 75 fil-mija, kienu dawk ta’ persuni li sofrew ġrieħi f’rashom. Fost  dawn l-inċidenti fatali, waħda minnhom kienet mara. 

Ċifri maħruġa lbieraħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ikbar numru ta’ inċidenti li rriżultaw fi mwiet saru fin-naħa t’isfel ta’ Malta segwiti minn l-inħawi tal-port. 90 fil-mija tal-fatalitajiet seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni

Dawn il-każi li ħallew imwiet fuq il-post tax-xogħol kienu l-iktar f’azjendi li jimpjegaw bejn 1 u 9 ħaddiema. Kien hemm imwiet ukoll fost ħaddiema li jaħdmu għal rashom.

Fir-rigward tal-kawżi tal-imwiet li seħħew fil-perijodu msemmi, 18-il persuna mietu kawża ta’ concussion u ġrieħi interni u l-każ l-ieħor kien kawża ta’ għarqa.

Sport