Wednesday, April 24, 2024

L-Ewropa jidher li riesqa lejn mewġa oħra ta’ infezzjonijiet ta’ Covid-19

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard (ECDC) qalu li hemm indikazzjoni li l-Ewropa se terġa’ tintlaqat minn mewġa oħra ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19. 

Id-Direttur Ewropew tal-WHO Hans Kuge u d-Direttur tal-ECDC Andrea Ammon fi stqarrija konġunta li ħarġu qalu li, “għalkemm s’issa m’aħniex f’istess livell li konna sena ilu, huwa ċar li l-pandemija tal-Covid-19 għadha ma spiċċatx. Sfortunatament qed naraw indikazzjoni­jiet ta’ żieda fl-infezzjonijiet fl-Ewropa, ċifri li qed jissuġġerixxu li bdiet mewġa oħra.”

Għadd ta’ esperti qed iwissu li minħabba diversi fatturi hemm ħafna nies li mhux beħsiebhom jieħdu l-booster tat-tilqima u b’hekk dan jista’ jkompli jżid ir-riskju. Il-WHO u l-ECDC innotaw ukoll kif madwar l-Ewropa hemm miljuni ta’ persuni li qatt ma ħadu tilqima kontra dan il-virus u għalhekk huma qed iħeġġu lin-nies biex jieħdu t-tilqima tal-Covid-19 u anke tal-influwenza.  Il-WHO u l-ECDC qalu li, “ma hemmx żmien x’wieħed jitlef” hekk kif huma qalu li gruppi ta’ persuni vulnerabbli, fosthom persuni li għandhom iktar minn 60 sena u nisa tqal, għadhom jitlaqqmu kemm għall-influwenza u anke għall-Covid-19.

Sport