Tuesday, December 24, 2024

19-IL KAŻ ĠDID TA’ COVID-19 … TOTAL TA’ 188

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt konferenza tal-aħbarijiet bl-aħħar żviluppi tal-coronavirus f’pajjiżna ħabbret li fl-aħar sigħat saru 627 test u minn dawn kien hemm 19 li rriżultaw fil-pożittiv. B’hekk it-total ta’ persuni infettati tela’ għal 188 każ. Minn dawn il-każijiet hemm 14-il każ ta’ trasmissjoni lokali u ħamsa oħra li huma relatati ma’ safar.

Każijiet ta’ Trasmissjoni Lokali:

Raġel ta’ 23 sena li jaħdem fil-Lidl ta’ Ħal Safi. Huwa beda bis-sintomi fis-27 ta’ Marzu. Huwa kellu sintomi ħfief u għalhekk baqa’ jmur għax-xogħol. Kien għalhekk li sar contact tracing tal-istaff u persuni li setgħu kellhom kuntatt magħhom. Qed issir ukoll contact tracing tal-familja tiegħu.

Mara ta’ 24 sena, Mara ta’ 45 sena, Mara ta’ 62 sena, Mara ta’ 56 sena, Raġel ta’ 33 sena, Raġel ta’ 22 sena, Raġel ta’ 64 sena, Raġel ta’ 42 sena, Mara ta’ 20 sena, Raġel ta’ 32 sena, Mara barranija residenti hawn Malta ta’ 27 sena, Mara ta’ 65 sena (li kienet Mater Dei u rriżultat pożittiva. Għaddejja contact tracing minħabba staff fl-isptar li setgħu kellhom kuntatt),Raġel ta’ 47 sena. (Każ relatat ma’ cluster ieħor li kien identifikat qabel).

Każijiet Relatati ma’ Safar:

Raġel ta’ 28 sena li ġie mill-Ingilterra fit-13 ta’ Marzu. Fis-27 ta’ Marzu beda bis-sintomi. Huwa kien qiegħed josserva l-kwarantina.

Raġel ta’ 51 sena beda bis-sintomi 30 ta’ Marzu u jidher li kellu kuntatt ma’ barrani li meta mar lura pajjiżu rriżulta pożittiv.

Raġel ta’ 62 sena li fl-24 ta’ Marzu beda bis-sintomi. Dan huwa kuntatt ma’ każ ieħor relatat ma’ safar li kien irriżulta pożittiv. Huwa kien fi kwarantina.

Raġel ta’ 19-il sena li ġie minn Franza fid-19 ta’ Marzu u beda bis-sintomi fis-26 ta’ Marzu. Hu kien fi kwarantina.

Raġel ta’ 32 sena relatat ma’ cluster ta’ każ pożittiv ta’ qabel relatat ma’ safar.

Gauci appellat lil dawk li jħossu sintomi relatati jċempel u ma jibżax minn dik li tista’ tkun il-verità. Hija żiedet tgħid li sakemm joħroġ ir-riżultat, dak li jkun għandu jżomm ruħu iżolat biex jevita li jxerred il-virus f’każ li jirriżulta fil-pożittiv.

Ekonomija

Sport