19,246 spezzjoni mill-OHSA fl-ewwel disa’ xhur tas-sena

Aqra wkoll

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tagħmel diversi spezzjonijiet u tieħu l-miżuri meħtieġa f’każijiet fejn ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ma jkunux qed jiġu osservati.

Matul is-sena 2026, sa Settembru, l-OHSA wettqet 19,246 spezzjoni, li minnhom 14,498 kienu fuq siti tal-kostruzzjoni. Matul l-istess perjodu nħarġu 2,119-il avviż għal titjib u 2,392 ordni, filwaqt li nħarġu 655 ordni ta’ waqfien tax-xogħol. Inbdew ukoll 116-il proċedura kriminali.

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol Jonathan Attard meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Rebekah Borg. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport