Tfajla mixlija li ħebbet għal uffiċjali tal-isptar u pulizija f’argument fuq sigarett

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 24 sena residenti Ħal Qormi baqgħet tinżamm arrestat wara li  li tressqet fil-Qorti b’rabta ma’ kommossjoni fl-Isptar Mater Dei għax ma tħallietx tpejjep.

Shanaia Taliana, li fil-Qorti qalet li taħdem bħala  salesperson, kienet mixlija mill-Ispettur Charlon Borg li fis-6 ta’ Ottubru naqset li tobdi l-ordnijiet ta’ żewġ pulizija, li heddithom, li kisret il-paċi pubblika b’għajjat u storbju, li qalet kliem oxxen, li rreżistiet wieħed mill-pulizija u li ħebbet għal żewġ uffiċjali tas-sigurtà.

Quddiem il-Maġistrat Dr Ingrid Bianco l-Prosekuzzjoni spjegat kif it-tfajla marret l-isptar u waqt li kienet qed tieħu l-kura allegatament tlewmet ma’ uffiċjal tas-sigurtà għax riedet tpejjep.

Fil-kommossjoni li nqalgħet allegatament ħebbet għaż-żewġ uffiċjali tas-sigurtà u rreżistiet l-arrest tal-pulizija li ssejħu fuq il-post tal-inċident.

It-tfajla wieġbet mhux ħatja.

Id-difiża ressqet talba għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni toġġezzjoni minħabba diversi raġunijiet. Wara li sema’ ż-żewġ naħat il-Maġistrat Bianco ċaħda t-talba għall-ħelsien mill-arrest. It-tfajla nfaqgħet tibki fl-awla x’ħin semgħet li se tmur il-Ħabs. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport