Friday, May 3, 2024

2 irġiel iweġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ waranofsinhar u kmieni dalgħodu.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs (1330hrs), fi Telgħa tas-Saqqajja, l- Imdina. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti l-Mellieħa, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti s-Swieqi.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-kwarta (0015hrs), fi Triq Burmarrad, il-Mosta. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 34 sena residenti Santa Venera kien qiegħed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport