Monday, May 6, 2024

“Il-Faxxisti” jistgħu jieħdu l-poter fi Spanja

Aqra wkoll

Hekk kif il-poplu Spanjol għada se jkun qiegħed jivvota biex jeleġi Gvern ġdid, kollox qiegħed jindika li din l-elezzjoni se tintrebaħ minn grupp ta’ partit politiċi li ngħaqdu flimkien imexxija mill-Partit Nazzjonalista tal-Lemin Estrem.

Jekk iseħħ dak li qed jiġi mbassar f’istħarriġ tal-opinjoni pubblika, allura din tkun l-ewwel darba wara l-mewt tal-Dittatur Faxxista Francisco Franco li partit simili għal li kien imexxi hu jieħu l-poter fi Spanja.

Il-Partit li huma xellugin qegħdin jibgħatu eluf ta’ messaġġi liċ-ċittadini biex joħorġu jivvotaw minkejja s-sħana kbira li qiegħda tagħmel kif ukoll minħabba li dan iż-żmien hu wieħed ta’ vaganzi.

Il-Partit tal-Lemin Estrem qiegħed jargumenta li din l-elezzjoni mhux biss se tgħid min se jkun jiggverna, iżda wkoll hija ġlieda fuq il-valuri, tradizzjonijiet u dak kollu li hu Spanjol fl-2023.

Sport