Erba’ Maltin, żewġt irġiel u żewġ nisa, mietu f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.20pm qrib Senj, il-Kroazja.
Il-midja tal-pajjiż qed tirrapporta li l-karozza tal-kiri waqgħet fil-baħar wara li s-sewwieq tilef il-kontroll.
Huwa kienu qed isuqu minn Rijeka għal Senj. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex ix-xufier tilef il-kontrol tal-karozza. Jidher li l-karozza marret fuq in-naħa tal-lemin u ħabtet ġo barrikkati. Kawża t’hekk spiċċat f’wied fond 70 metru mbagħad fil-baħar.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-żewġt irġiel u żewġ nisa ġew iddikjarati mejta fuq il-post tal-inċident.
B’rabta mal-każ għaddejja investigazzjoni.
Intant il-Ministeru għal-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu f’Malta jinsab f’kuntatt mal-Konslu Onorarju ta’ Malta fil-Kroazja, sabiex ikompli jsegwi kull aġġornament dwar dan il-każ, u jassisti skont il-ħtieġa, bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kroazja u awtoritajiet oħra kompetenti fl-istess pajjiż.
Il-Ministeru jesprimi sogħba u kondoljanzi mal-familji tal-vittmi.