Wednesday, October 30, 2024

200 persuna kkundannati 2,200 sena ħabs bejniethom dwar involviment fil-mafja

Aqra wkoll

Fl-Italja, aktar minn 200 persuna ġew ikkundannati aktar minn 2,200 sena ħabs bejniethom, b’rabta mal-allegat involviment tagħhom fil-mafja. Dan qed ikun meqjus bħala wieħed mill-akbar ġurijiet li qatt sar f’dan il-pajjiż b’rabta mal-mafja għal ġenerazzjonijiet sħaħ.

Il-ġuri, li dam għaddej madwar tliet snin, ra persuni allegatament assoċjati mal-‘Ndrangheta kkundannati għal reati li jvarjaw minn estorsjoni sa traffikar ta’ droga.

Fost dawk li ġew ikkundannati kien hemm eks Senatur Taljan, għalkemm is-sentenzi mistennija li jkunu appellati. Persuni oħra kienu jinkludu impjegati taċ-ċivil, professjonisti minn diversi industriji u uffiċjali ta’ grad għoli, li kienu kritiċi għas-suċċess tal-‘Ndrangheta fl-infiltrazzjoni tal-ekonomija leġittima u l-istituzzjonijiet tal-istat. 

Sadanittant, aktar minn 100 persuna oħra ġew illiberati. L-Imħallfin li ppresedew il-ġuri kienu tpoġġew ukoll taħt protezzjoni minħabba biża’ għas-sigurtà tagħhom. Il-ġuri sar fil-belt ta’ Lamezia Terme fost sigurtà stretta.

Sport