Saturday, November 16, 2024

UCL: Barcelona u Arsenal fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab it-tieni programm  tat-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­gue, Barcelona u Arsenal, ingħaqdu ma’ Bayern Munich, Manchester City, Paris St-Germain u Real Madrid, fil-kwarti-finali meta għelbu lil Napoli u Porto rispettivament.

Arsenal……….. 1

FC Porto………. 0

(Aggregate 1-1)

(Arsenal 4-2 bil-penalties)

Arsenal ikkwalifikaw fil-kwarti-finali meta għelbu lil Porto 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li temmew bl-aggregate ta’ 1-1 wara li Arsenal ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0.

L-ewwel azzjoni pe­ri­ko­luża waslet min-naħa ta’ Porto, fit-22 minuta, meta Joao Mario pprova jdawwar il-ballun fix-xibka iżda l-goalkeeper, David Raya, wettaq save spettakolari.

Arsenal għamlu reaz­zjoni u, tliet minuti wara, Kai Havertz kien għoddu skorja iżda ma laqatx tajjeb il-ballun.   

Peró, fil-41 minuta huma fetħu l-iskor meta Leandro Trossard xeħet fir-rokna tax- xibka wara xogħol tajjeb ta’ Martin Odegaard.

Fis-70 minuta, Odegaard skorja iżda l-goal ġie mħassar għal offside.

Sat-tmiem l-iskor baqa’ l-istess biex kellu jingħata l-ħin barrani kif ukoll il-penalties għax l-iskor ba­qa’ ma nbidilx … li minnhom ittrijonfaw il-Gunners.

Barcelona……… 3

Napoli…………… 1

(Agg: Barcelona 4-2)

Barcelona ngħaqdu mal-aħħar tmienja meta għelbu lil Napoli 3-1 għal aggregate ta’ 4-2.

Il-Katalani għamlu l-intenzjonijiet tagħ­hom ċari hekk kif mas-suffara inizjali huma ħarġu fuq l-offensiva u fit-13-il minuta Fermin Lo­pez xeħet barra mill-vi­ċin. Żewġ minuti wara, huma fetħu l-iskor meta Raphinha xe­ħet cross insidjuż fejn Ro­bert Lewan­dowski għa­mel finta biex inganna bid-difiża avversarja … bil-ballun jasal għal Lopez li xeħet il-ballun fix-xibka.

Fis-17-il minuta, huma rduppjaw meta minn kontrattakk veloċi, ix-xutt ta’ Raphinha ħabat mal-lasta iż­da mir-rebound, Joao Can­celo sammar il-ballun fix-xibka.

Madankollu, fit-30 minuta, Napoli naqqsu l-marġni tal-iskor minn Amir Rrahmani wara li rċieva mingħand Matteo Politano. 

Peró, fit-83 minuta, Ro­bert Lewandowski aċċerta l-kwalifikazzjoni għal Barcelona.

Ekonomija

Sport