Monday, December 9, 2024

Jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Mosta weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 p.m. fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Fiat Panda, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Qormi

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ filgħaxija: Ġuvni jintlaqat minn karozza f’Ħal Luqa … mhux fil-periklu tal-mewt

Ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Mosta ntlaqat minn karozza fi Triq Ħal Qormi f’Ħal Luqa.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li huma ġew informati għall-ħabta tat-3.20pm li persuna kienet ittajret fi triq imsemmija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-ġuvni ntlaqat minn karozza Fiat Panda li kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lil ġuvni l-Isptar Mater Dei. Il-kelliem tal-Pulizija qalilna li għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa huwa eskluż li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport