Monday, May 6, 2024

Blackball: Ħamrun 147 D jirbħu r-Regional Easter Trophy

Aqra wkoll

Ħamrun 147 D huma r-rebbieħa tar-Regional Easter Trophy tal-Blackball meta fil-finali li saret fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara għelbu lil PL Balzan A 11-7.

Il-Ħamruniżi kienu fil-kontroll tal-logħba għal ħafna mill-ħin għalkemm il-Balzanin qatt ma ċedew u baqgħu wara l-avversarji tagħhom hekk kif dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor.

Fl-aħħar frame kien il-plejer ta’ Ħamrun 147 D Neil Aquilina li daħħal il-boċċa rebbieħa sabiex eventwalment rebbaħ it-tazza lit-tim tiegħu.

Sadanittant illejla tintlagħab il-finali l-aktar mistennija tan-National Easter Trophy bejn Ħamrun 147 A u Valletta Breakwater.

Sport