Thursday, February 26, 2026

20,500 tunnellata ta’ skart miġbura minn fuq il-bajjiet fl-2025

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet b’mod partikolari fis-Sajf, minn fuq il-bajjiet f’pajjiżna nġabru 20,500 tunnellata ta’ skart.

Fil-Parlament il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli qalet li t-tindif tal-bajjiet mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jsir regolarment matul is-sena kollha u l-frekwenza mbagħad tiżdied matul is-sajf fejn il-bajjiet qegħdin jitnaddfu tliet darbiet kuljum. It-tindif li jsir ma jinkludix biss il-bajja, għax il-ħaddiema jnaddfu wkoll il-promenades, fejn jikinsu l-bankini u ż-żoni tal-madwar, kemm permezz ta’ xogħol manwali kif ukoll bl-użu ta’ makkinarju, u jbattlu wkoll il-bins li jinsabu fil-madwar. Mal-bidu tal-istaġun sajfi, l-ħaddiema jneħħu wkoll l-alka mill-bajjiet.

“Ninsab infurmata li l-iskart minn fuq il-bajjiet jinġabar mit-trakkijiet li għandhom rotot fissi madwar il-pajjiż flimkien ma’ skart ieħor li jinġabar mit-toroq u anke skart mormi llegalment li jinstab ta’ kuljum. Għaldaqstant, infurmata li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ma żżomx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanta imma b’mod kollettiv tal-iskart kollu li jinġabar minnha. Fl-2024 l-iskart kollu li nġabar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ammonta għal 16,300 tunnellata, waqt li fl-2025 ammonta għal 20,500 tunnellata,” tenniet il-Ministru Miriam Dalli fil-Parlament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport