Saturday, December 21, 2024

206 każi ġodda minn fost aktar minn 4,000 ittestjati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 4,373 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa nstabu 206 każi ġodda ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm ħames persuni ddikjarati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 1,642.

L-awtoritajiet tas-saħħa taw xi dettalji b’rabta mal-235 każ li kienu rrapurtati lbieraħ. Minn dawn, 178 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 snin u 39 sena. L-eta medja tal-każijiet imħabbra lbieraħ kienet ta’ 27 sena.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 17-il pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm persuna li tinsab fl-ITU.

Bil-każijiet li ġew irreġistrati fl-aħħar sigħat, wassal biex it-total tal-każi mill-bidu tal-pandemija issa huma 32,275 fejn minnhom 30,213 persuna huma ddikjarati bħala mfejqa.

It-total ta’ mwiet baqa’ 420 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 721,415 doża. Minn dawn 381,764 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 355,883 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport