Saturday, May 4, 2024

Ġlieda kontra l-ħin biex jiġu salvati persuni wara l-għargħar sever fil-Ġermanja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat kompla jikber it-tħassib ta’ iktar għargħar ġewwa l-Punent tal-Ġermanja hekk kif diga oħra bdiet tiżviluppa ħsarat. In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom s’issa f’dan l-għargħar issa qabeż il-100 filwaqt li mijiet ta’ persuni oħra jinsabu rrapportati nieqsa. Dan huwa l-agħar każ ta’ mwiet tal-massa ġewwa l-Ġermanja mill-1962 ’l hawn. 

Komunitajiet sħaħ spiċċaw inqerdu hekk kif għadd ta’ xmajjar faru u l-ilma tagħhom għaraq bliet u rħula fl-istati ta’ Rheinland-Pfalz u Nordrhein-Westfalen. Is-sindku ta’ Rheinland-Pfalz, Malu Dreyer meta kienet qiegħda titkellem ma’ midja lokali qalet li s-sofferenzi qegħdin ikomplu jiżdiedu. Hija tenniet li iktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom fl-istat tagħha biss. Dreyer tenniet li dan l-għargħar ħalla ħsarat infrastrutturali kbar u dawn iridu jieħdu ħafna żmien u jiswew ammonti kbar ta’ flus biex jerġgħu jinbnew mill-ġdid. 

Intant fuq facebook il-gvernatur distrettwali ta’ Nordrhein-Westfalen qal li fid-distrett ta’ Ahrweiler, hemm xejn inqas minn 1,300 persuna li huma rrapportati nieqsa. 

L-għargħar wassal biex is-sistema ta’ telekomunikazzjoni waqfet taħdem u b’hekk il-qraba u l-ħbieb ma jistgħux jagħmlu kuntatt. 

Ġewwa Erftstadt, li hija belt fl-istat ta’ Nordrhein-West- falen kien irrapporat li għadd ta’ djar iġġarrfu u l-ħaddiema tas-salvataġġ kienu jinsabu għaddejjin b’ħidma kbira biex joħorġu lir-residenti minn taħt it-tifrik. Jidher li ħafna persuni rritornaw lura lejn djarhom minkejja t-twissijiet li kienu ħarġu l-awtoritajiet. Il-ħaddiema tas-salvataġġ kellhom jaslu fiż-żona permezz ta’ dgħajjes hekk kif it-toroq huma litterlament mgħarrqa taħt l-ilma. 

Jidher li dan l-għargħar kbir seħħ minħabba li għadd ta’ digi madwar il-pajjiż infaqgħu filwaqt li jidher li d-diga li hemm f’Steinbachtalsperre bejn Ahrweiler u Erftstadt tinsab instabbli ħafna. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru tal-Intern tal-Ġermanja Horst Seehofer qal li l-gvern federali se jkun qiegħed jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġjuni affettwat malajr kemm jista’ jkun. 

Sport