Monday, May 6, 2024

2,075 jirċievu l-mediċini tal-POYC id-dar

Aqra wkoll

Fil-pajjiż huma 170,968 il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz magħruf Pharmacy Of Your Choice (POYC) fejn jieħdu mediċini b’xejn mill-ispiżerija tal-għażla tagħhom b’2,075 jirċevuhom id-dar.

Kien id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta dan it-tagħrif fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.

Sadanittant, għal mistoqsija tal-istess deputat, Fearne spjega kif fir-rigward tal-iskema fejn jitwasslu l-mediċini fid-djar residenzjali saru 1,089 applikazzjoni minn persuni li jużaw il-POYC.

Huwa żied li sal-aħħar ta’ April li għadda id-Dipartiment tal-POYC wettaq 6,253 konsenja lil 986 pazjent biex it-total ta’ persuni li jirċievu l-mediċini fid-djar mingħajr ħlas huwa ta’ 2,075.

Sport