Saturday, May 4, 2024

219 persuna bejn sema u ilma jistennew port… ftit sigħat qabel iż-żjara tal-Papa

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iż-żjara ta’ Papa Franġisku qed issir f’jum fejn fih hemm xejn inqas minn 187 persuna jinsabu bejn sema u ilma jistennew port sigur. Minn dawn l-immigranti hemm 106 li ġew salvati minn Sea Eye waqt li 113 oħra ġew salvati minn Geo Barents immexxi min MSF Sea.  Mhux hekk biss imma proprju fl-aħħar sigħat kien hemm xejn inqas minn 145 immigrant li kienu interċettati mill-Gwardji tal-Kosta Libjani u ttieħdu lura lejn il-Libja.  Għalkemm ma tantx kienu qed jinstemgħu u dan forsi minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, it-traġedji fil-Mediterran kompla għaddejjin. Fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena ġew reġistrat xejn inqas minn 300 mewt fil-baħar Mediterran.

Il-bastiment Sea Eye 4 wara diversi sigħat ta’ tiftix irnexxielu jsib dgħajsa b’74 persuna fuqha waqt li 32 persuna ġew rilokati minn fuq bastiment.  Ma’ dawn wieħed ma jistax ma jsemmi immigranti oħra li qegħdin jippruvaw jaħarbu lejn Spanja jew lejn il-gżejjer Kanarji, fejn proprju fl-aħħar jiem seħħet traġedja fejn mietu 26 persuna.  

Wieħed irid jimmarka ukoll dwar is-sitwazzjoni diffiċli li hemm fil-Libja fejn immigranti ilhom għal jiem sħaħa jipprotestaw minħabba l-mod xejn dinjituż li huma trattati bih.  Mhux hekk biss, iżda l-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet Umani iddikjara li ċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-Libja baqgħu postijiet li fihom jinkisru id-drittijiet tal-bniedem b’sistemi abbużiva. Dawn qed jitqiesu bħala atti kriminali kontra l-umanità fejn delegazzjoni fil-Libja, sabet li fil-Libja baqgħu ikunu detenuti l-immigranti anke dawk li jkunu salvati f’nofs ta’ baħar.

Il-Papa jitkellem dwar l-indifferenza

Infakkru li kien proprju ftit tal-jiem ilu eżattament lejn l-aħħar ta’ Frar meta Papa Franġisku tkellem dwar l-effetti li qed tħalli l-indifferenza fid-dinja tal-lum. Enfasizza bl-aktar mod ċar li konsegwenza ta’ din l-indifferenza, il-gwerer jiġu qabel il-bnedmin, inkluż dawk fil-bżonn bħalma huma l-immigranti u l-foqra.

Il-Papa li kien qed jitkellem waqt programm televiżiv Taljan, tkellem dwar l-immigrazzjoni u iddikjara b’mod ċar ħafna li dak li qed jiġri fil-Libja huwa illegali. Spjega kif l-immigranti qed jieħdu riskju kbir biex jaqsmu l-Meditteran, biex imbagħad jispiċċaw jintbagħtu lura minn pajjiżi li ma jaċċettawx li jidħlu f’port sigur, bil-konsegwenza li wħud minn dawn il-persuni jispiċċaw imutu. 

Kull pajjiż għandu jgħid kemm jiflaħ immigranti

Xi ħaġa li ftit ġiet innotat kienet dik li l-Papa Franġisku qal fil-kummenti li għadda li kull pajjiż għandu jgħid kemm jiflaħ jilqa’ immigranti, u l-Unjoni Ewropea għandha tgħin biex jintlaħaq ftehim f’dan ir-rigward. Saħaq li l-immigrant  għandu dejjem jiġi milqugħ, akkumpanjat u integrat fis-soċjetà.   

Sport