Tuesday, May 14, 2024

Zelensky jiddeskrivi lil Metsola bħala eroj u kburi li l-Ewropa qiegħda toffri l-id tal-ħbiberija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Att erojku li żżur l-Ukrajna bħalissa. Ta’ dan jiena nixtieq nirringrazzja lilek, kif ukoll lit-tim kollu li għażel li jżur il-pajjiż f’mument tant importanti għall-istat tagħna”. Stqarr dan il-President Ukren Volodymyr Zelensky filwaqt li esprima l-gratitudni lejn il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għaż-żjara tagħha f’Kyiv.

Skont Zelensky iż-żjara tagħhom f’mument fejn l-Ukreni qegħdin jissieltu biex jiddefendu lil pajjiżhom hija pass importanti ta’ sapport fuq livell internazzjonali.

Il-Kap tal-istat żied jgħid li fil-preżent l-Ukreni qegħdin iħarsu minn perspettiva ta’ distinzjoni bejn dawk li huma ħbieb u dawk li mhumiex, għaliex il-ħin huwa kontrihom f’din it-taqtigħa.

“Kburi li inti tinsab fuq in-naħa l-pożittiva u li qiegħda żżomm relazzjoni tajba mal-Ukrajna”, tenna Zelensky.

Sport