Friday, November 15, 2024

22 żagħżugħ u żagħżugħa jinstabu mejtin b’mod misterjuż f’diskoteka

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Afrika t’Isfel qed jinvestigaw il-mewt ta’ mill-inqas 22 żagħżugħ u żagħżugħa f’diskoteka. Hu mifhum li l-iżgħar vittma kellu biss 13-il sena.

Il-vittmi nstabu mixħutin mal-art u fuq l-imwej­jed  fid-diskoteka Enyobeni Tavern li tinsab fil-belt kostali ta’ East London. Il-katavri ttieħdu kollha fil-kamra mortwarja fejn hemm se jiġu analizzati u jsirulhom għadd ta’ testijiet – anke tossikoloġiċi – biex tkun magħrufa l-kawża tal-mewt. 

Il-President tal-Afrika t’Isfel Cyril Ramaphosa esprima d-diqa tiegħu u ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal din it-traġedja u l-awtoritajiet ma pprovew l-ebda dettalji. Is-Sindku tal-proviċinja East Cape kellu biss kliem ta’ kundanna “għall-ikkonsmar bla limitu ta’ alkoħol”.

Investigaturi foresiċi li tkellmu ma’ midja internazzjonali ċaħdu li dak li seħħ kien ikkawżat minn diżastru tal-folla hekk kif il-katavri ma kellhom l-ebda ġrieħi viżibbli. Jidher li l-investigaturi qegħdin jinvestigaw bir-reqqa biex jaraw jekk dan kienx xi każ ta’ vvelenar. 

Ekonomija

Sport