Thursday, April 18, 2024

Indirizzati 72% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali

Aqra wkoll

Sadanittant, għas-sitt sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali Charles Deguara ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia bl-ewwel volum b’ġabra ta’ għaxar rapporti ta’ segwitu għas-sena 2022.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb’oħra identifika numru ta’ verifiki li saru fl-aħħar snin bl-iskop li jevalwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verfiika għandu jkollha mekkaniżmu li jassigura t-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet f’ħinhom, li jwassal għal titjib fil-governanza.

Sabiex ikun iddeterminat jekk sarx progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, saret analiżi ta’ dawn il-verifiki ta’ natura finanzjarja u ta’ konformità:

•         L-Isptar Mater Dei (Dħul minn Pazjenti Barranin)

•         L-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

•         Kunsill Malti għall-Arti

•         Libreriji Maltin

•         Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali – Aġenzija għas-Servizzi Komunitarji u Terapewtiċi

•         Pensjonijiet tal-Irtirar

•         Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat

•         Spiża fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

•         Kontribuzzjoni Ambjentali

•         Ħlasijiet ta’ Kumpens

L-eżerċizzju li sar din is-sena jindika li 72% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ġew indirizzati jew b’mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fil-proċess li jiġu mwettqa mill-ministeri u l-entitajiet konċernati, filwaqt li 28% ma ġewx indirizzati jew ftit li xejn kien hemm progress fuqhom.

Ekonomija

Sport