Hekk kif il-virus tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qed ikompli jinxtered, l-amministrazzjoni ta’ Trump qalet li bħalissa tinsab ffukata fuq li żżomm dan il-virus barra mill-Istati Uniti.
Is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Marco Rubio f’laqgħa tal-Kabinett nhar l-Erbgħa qal; “Ma nistgħux u mhux se nippermettu li xi każijiet ta’ Ebola jidħlu fl-Istati Uniti”.
L-Istati Uniti irrimarkat li qed twaqqaf faċilità avvanzata fil-Kenja għall-Amerikani li setgħu ġew esposti għall-virus tal-Ebola iżda li m’għandhomx sintomi. Ikkonfermaw dan l-uffiċjali tal-amministrazzjoni ta’ Trump nhar l-Erbgħa.
Midja internazzjonali rrapurtat li l-faċilità hija mfassla biex tipprovdi aċċess għal kura ta’ kwalità għolja għall-Amerikani li jkollhom bżonn joħorġu malajr u jkunu fi kwarantina mingħajr ir-riskji ta’ trasport twil lura lejn l-Istati Uniti
Jeremy Konyndyk, li kien direttur tal-Uffiċċju tal-Assistenza għad-Diżastri Barranin tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali innota li l-Istati Uniti investiet għal snin sħaħ u tkompli tinvesti f’netwerk sħiħ ta’ faċilitajiet ta’ iżolament u trattament minħabba l-virus tal-Ebola.

