Il-militar tal-Istati Uniti wettaq attakki ġodda fuq l-Iran, immirati lejn sit militari f’Bandar Abbas. Il-Kmand Ċentrali tal-Istati Uniti (Centcom) qal li l-forzi tiegħu waqqgħu wkoll erba’ drones Iranjani ta’ attakk f’direzzjoni li kienu ta’ theddida madwar l-Istrett ta’ Hormuz.
Is-sit f’Bandar Abbas intlaqat hekk kif kien se jniedi l-ħames drones. Midja Iranjana rrappurtat li nstemgħu splużjonijiet fil-lvant tal-belt.L-attakki saru f’nofs il-waqfien mill-ġlied bejn l-Istati Uniti u l-Iran. Dan l-aħħar kienu qed isiu negozjati biex tintemm il-gwerra ta’ tliet xhur li fgat it-traffiku fl-Istrett ta’ Hormuz u żiedet il-prezzijiet globali tal-enerġija.
Din hija t-tieni darba fi tlett ijiem li l-Istati Uniti attakkat miri fl-Iran u qalet li l-attakki twettqu f’difiża personali. Centcom iddeskriva l-azzjonijiet tiegħu bħala mkejla, difensivi u maħsuba biex iżommu l-waqfien mill-ġlied.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, seħħew għadd ta’ attakki fuq in-Nofsinhar tal-Iran nhar it-Tnejn li fihom ġew immirati siti ta’ missili Iranjani u dgħajjes li kienu qed jippruvaw iqiegħdu mini fl-Istrett, fejn eluf ta’ vapuri tankers kummerċjali huma mitlufin bħala riżultat tal-kunflitt.
Waqt laqgħa tal-kabinett nhar l-Erbgħa, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-Iran qed jinnegozja fuq id-dħaħen u nsista li l-istrateġija tal-gwerra mhux se tkun affettwata mill-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-Istati Uniti f’Novembru.
Matul l-istess laqgħa, il-President ħeġġeġ ukoll lin-nazzjonijiet tal-Golf biex jiffirmaw il-Ftehimiet ta’ Abraham biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet ma’ Iżrael. Il-President Trump hedded li jerġa’ jibda kampanja ta’ bumbardament fuq skala kbira jekk l-Iran ma jaqbilx mat-termini tiegħu.

