Brian Chetcuti m’għadux Assistant Coach ta’ Gżira United FC.
Fi stqarrija, Gzira rringrazzjaw lil Brian għall-impenn, il-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tiegħu matul iż-żmien tiegħu mal-klabb.
Huma qalu li l-kontribut u x-xogħol iebes tiegħu flimkien mal-istaff tekniku u l-plejers ġew apprezzati ħafna minn kulħadd fil-klabb, filwaqt li rringrazzjaw lil Brian għall-isforzi kollha tiegħu u awgurawlu kull suċċess fil-kapitlu li jmiss tal-vjaġġ tiegħu.

